L-Artikolu 10 – Informazzjoni dwar il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti
Skont l-Artikolu 183(13) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, l-awtorità kompetenti biex tirċievi r-rikorsi għall-eżegwibbiltà ta’ ftehim bil-miktub li jirriżulta mill-medjazzjoni hija:
- għall-medjazzjoni ordnata mill-qorti - il-qorti li tisma’ l-kawża;
- għall-medjazzjoni (kuntrattwali) barra mill-qorti - il-qorti li tkun kompetenti biex tisma’ l-kawża skont il-ġuriżdizzjoni ġenerali jew esklużiva, jiġifieri kif stabbilit fl-Artikoli 28-30 u 38-42 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Din hija l-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post ta’ residenza jew l-uffiċċju rreġistrat tad-debitur jew, pereżempju, fuq il-post tal-proprjetà immobbli. Fir-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u t-tfal, din hija l-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq il-post ta’ residenza tal-kreditur.